Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2015 – Mc Cullough vs Cedefop

(Kawża T-496/13) 1

[“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti li jirrigwardaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u l-konklużjoni tal-kuntratti li jirriżultaw minnu – Talba għall-produzzjoni tad-dokumenti fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu – Eċċeżżjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Colin Boyd McCullough (Thessalonica, il-Ġreċja) (rappreżentant: G. Matsos, avukat)

Konvenuta: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (rappreżentanti: inizjalment C. Lettmayr, aġent, sussegwentement M. Fuchs, aġent, assistit inizjalment minn E. Petritsi, avukat, sussegwentement minn E. Petritsi u E. Roussou, sussegwentement minn E. Roussou u P. Anestis, avukati, u fl-aħħar nett minn P. Anestis)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Cedefop, tal-15 ta’ Lulju 2013, li tirrifjuta l-aċċess għall-minuti tal-Bord Governattiv tiegħu, għal dawk tal-Bureau tiegħu u għal dawk tal-grupp ta’ tmexxija “Knowledge Management System”, li tħejjew għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2002 u l-31 ta’ Diċembru 2005, talba sabiex is-Cedefop tiġi ordnata tipprovdi d-dokumenti mitluba u talba sabiex, bis-saħħa tal-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75, tal-10 ta’ Frar 1975, li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali [Vokazzjonali] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 175), u tal-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet nazzjonali Griegi jkunu awtorizzati jidħlu fil-bini tas-Cedefop, skont il-liġijiet Griegi applikabbli, jinvestigaw, ifittxu u jikkonfiskaw f’dan il-bini, bil-għan li jiksbu d-dokumenti mitluba u li jinvestigaw eventwali każijiet ta’ ksur.DispożittivId-deċiżjoni taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), tal-15 ta’ Lulju 2013, li tirrifjuta l-aċċess għall-minuti tal-Bord Governattiv tiegħu, għal dawk tal-Bureau tiegħu u għal dawk tal-grupp ta’ tmexxija “Knowledge Management System”, li tħejjew għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2002 u l-31 ta’ Diċembru 2005, hija annullata sa fejn din id-deċiżjoni tirrifjuta l-aċċess għall-minuti tal-Bord Governattiv u tal-Bureau, ħlief għal dak li jirrigwarda l-aċċess għall-ismijiet tal-membri ta’ dawn tal-aħħar.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Is-Cedefop huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu u tliet kwarti tal-ispejjeż ta’ Colin Boyd McCullough.C. B. McCullough huwa kkundannat ibati kwart tal-ispejjeż tiegħu.

____________

1 ĠU C 344, 23.11.2013.