Language of document : ECLI:EU:T:2014:1065





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 —
Nanu-Nana Joachim Hoepp vs UASI — Vincci Hoteles (NAMMU)


(Kawża T‑498/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali NAMMU — Raġuni relattiva għal rifjut — Prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u Regola 22(2) sa (4) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”

1.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Eżami tal-applikazzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 57(2) u (3)) (ara l-punti 22, 23, 45)

2.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemha — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 36)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 611/2012‑1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG u Vincci Hoteles, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.