Language of document : ECLI:EU:T:2015:374





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 —
McCullough vs Cedefop

(Kawża T‑496/13)

“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti li jirrigwardaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u l-konklużjoni tal-kuntratti li jirriżultaw minnu — Talba għall-produzzjoni tad-dokumenti fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali”

1.                     Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni — Inammissibbiltà — Ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja — Assenza (it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE u Artikolu 19(1) TUE; Artikoli 263(4) TFUE, 264 TFUE, 267 TFUE u 277 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47 u 52(7)) (ara l-punti 16, 18‑22)

2.                     Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni — Portata (Artikolu 263 TFUE, 265 TFUE u 266 TFUE) (ara l-punti 23, 27)

3.                     Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Eżami tal-legalità tal-proċeduri kriminali mmexxija quddiem il-qorti ta’ Stat Membru — Assenza (Artikolu 256 u 263 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48(2)) (ara l-punt 26)

4.                     Privileġġi u immunitajiet tal-Unjoni Ewropea — Talba għal awtorizzazzjoni sabiex jiġi nnotifikat sekwestru lil istituzzjoni — Neċessità ta’ awtorizzazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja — Talba sabiex terz jingħata l-aċċess għall-bini kkonċernat - Inammissibbiltà (Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, Artikolu(1)) (ara l-punti 31‑33)

5.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Suġġett — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Interpretazzjoni u applikazzjoni stretti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, premessi 4 u 11 u Artikoli 1 u 4) (ara l-punti 36‑40, 82)

6.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu — Portata — Obbligu ta’ evalwazzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali — Applikabbiltà integrali tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 45/2001 għal kull talba għal aċċess għal dokumenti li jinkludu data personali (Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 45/2001, Artikolu 8, u Nru 1049/2001, Artikolu 4(1)(b)) (ara l-punti 41‑44)

7.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Rifjut ta’ aċċess għal dokument minħabba l-ineżistenza tiegħu minħabba li ma jkunx miżmum mill-istituzzjoni kkonċernata — Preżunzjoni tal-ineżistenza bbażata fuq l-affermazzjoni f’dan is-sens mill-istituzzjoni kkonċernata — Preżunzjoni sempliċi konfutabbli fuq il-bażi ta’ indizji rilevanti u konsistenti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikoli 2(3) u 4) (ara l-punti 49, 50)

8.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali — Regolament Nru 45/2001 — Kunċett ta’ data personali — Minuti ta’ laqgħa li jinkludu l-ismijiet tal-parteċipanti — Inklużjoni — Talba għal aċċess għall-minuti abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001 — Obbligu għal min iressaq it-talba li juri n-natura neċessarja tat-trasferiment tad-data personali inkwistjoni (Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 45/2001, Artikolu 5 u 8(a) u (b), u Nru 1049/2001, Artikolu 4(1)(b)) (ara l-punti 66‑68)

9.                     Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Kundizzjonijiet — Motiv ibbażat fuq elementi rrilevati fil-mori tal-kawża (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punt 76)

10.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu — Obbligu għall-istituzzjoni li twettaq eżami konkret u individwali tad-dokumenti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata — Possibbiltà li wieħed jibbaża ruħu fuq preżunzjonijiet ġenerali li japplikaw għal ċerti kategoriji ta’ dokumenti — Limiti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(1)(b)) (ara l-punti 83, 84, 86, 88, 90, 91)

11.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Protezzjoni tad-dokumenti mħejjija fil-kuntest ta’ proċedura li diġà ntemmet — Rifjut ta’ aċċess — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3)) (ara l-punti 99‑102, 107, 109, 111, 112)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Cedefop, tal-15 ta’ Lulju 2013, li tirrifjuta l-aċċess għall-minuti tal-Bord Governattiv tiegħu, għal dawk tal-Bureau tiegħu u għal dawk tal-grupp ta’ tmexxija “Knowledge Management System”, li tħejjew għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2002 u l-31 ta’ Diċembru 2005, talba sabiex is-Cedefop jiġi ordnat jipprovdi d-dokumenti mitluba u talba sabiex, bis-saħħa tal-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75, tal-10 ta’ Frar 1975, li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali [Vokazzjonali] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 175), u tal-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet nazzjonali Griegi jkunu awtorizzati jidħlu fil-bini tas-Cedefop, skont il-liġijiet Griegi applikabbli, jinvestigaw, ifittxu u jikkonfiskaw f’dan il-bini, bil-għan li jiksbu d-dokumenti mitluba u li jinvestigaw eventwali każijiet ta’ ksur.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), tal-15 ta’ Lulju 2013, li tirrifjuta l-aċċess għall-minuti tal-Bord Governattiv tiegħu, għal dawk tal-Bureau tiegħu u għal dawk tal-grupp ta’ tmexxija “Knowledge Management System”, li tħejjew għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2002 u l-31 ta’ Diċembru 2005, hija annullata sa fejn din id-deċiżjoni tirrifjuta l-aċċess għall-minuti tal-Bord Governattiv u tal-Bureau, ħlief għal dak li jirrigwarda l-aċċess għall-ismijiet tal-membri ta’ dawn tal-aħħar.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Is-Cedefop huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu u tliet kwarti tal-ispejjeż ta’ Colin Boyd McCullough.

4)

C. B. McCullough huwa kkundannat ibati kwart tal-ispejjeż tiegħu.