Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-24 ta’ Ottubru 2023 – Amt der Tiroler Landesregierung

(Kawża C-638/23, Amt der Tiroler Landesregierung)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Amt der Tiroler Landesregierung

Konvenut: Datenschutzbehörde

Parti oħra: Bundesministerin für Justiz

Intervenjent: CW

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali (bħal f’dan il-każ l-Artikolu 2(1) tat-Tiroler Datenverarbeitungsgesetz (il-Liġi dwar l-Ipproċessar tad-Data ta’ Tirol)) li tipprovdi għal kontrollur speċifiku fis-sens tat-tieni parti tal-frażi fil-punt 7 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679, iżda

–    li huwa sempliċi uffiċċju (bħal f’dan il-każ l-Amt der Tiroler Landesregierung (l-Uffiċċju tal-Gvern tal-Land ta’ Tirol), li, għalkemm stabbilit bil-liġi, ma huwiex persuna fiżika jew ġuridika u, f’dan il-każ, lanqas awtorità, iżda jaġixxi biss bħala strument awżiljarju tagħha u ma għandu l-ebda kapaċità ġuridika (parzjali) tiegħu stess;

–    li l-għażla tiegħu ssir mingħajr referenza għall-ipproċessar speċifiku ta’ data personali u għalhekk l-ebda skop u mezz ta’ pproċessar speċifiku ta’ data personali ma huma ddeterminati mid-dritt tal-Istat Membru;

–    li fil-każ inkwistjoni, ma ddeċidiex, la waħdu u lanqas flimkien ma’ oħrajn, dwar l-iskop u l-mezzi tal-ipproċessar tad-data personali inkwistjoni?

____________

1     ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.