Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Novembru 2023 – UW vs Etihad Airways P.J.S.C.

(Kawża C-663/23, Etihad Airways)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UW

Konvenut: Etihad Airways P.J.S.C.

Domandi preliminari

L-Artikolu 5(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(a) u l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li passiġġier, li jkun xtara biljett għal titjira ma’ trasportatur tal-ajru effettiv mhux bi flus iżda permezz ta’ bonus tal-mili taħt skema għal passiġġiera frekwenti implimentata minn trasportatur tal-ajru ieħor jista’, fil-każ li din it-titjira tiġi kkanċellata mit-trasportatur tal-ajru effettiv, jitlob rimbors tal-prezz tal-biljett fi flus?

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: il-prezz tal-biljett fis-sens tal-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament Nru 261/2004, li fir-rigward tiegħu l-passiġġier jista’ jitlob rimbors fi flus, għandu f’tali każijiet jiġi kkalkolat abbażi tat-tariffa disponibbli pubblikament li biha tiġi offruta għall-bejgħ it-titjira kkanċellata inkwistjoni mit-trasportatur tal-ajru effettiv jew abbażi tal-valur (medju) tal-bonus tal-mili użat?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.