Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' Ġunju 2011 - Cross Czech vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-252/10)1

("Rikors għal annullament - Is-Sitt Programm Qafas għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni - Ittra li tikkonferma l-konklużjonijiet ta' verifika finanzjarja u li tagħti informazzjoni dwar il-passi segwenti tal-proċedimenti - Natura kuntrattwali u mhux deċiżjonali ta' din l-ittra - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cross Czech a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: T. Schollaert, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Roels, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tat-12 ta' Marzu 2010, bir-referenza INFSO-O2/FD/GVC/Isc D (2010) 208676, li tkkonferma l-konklużjonijiet tar-rapport ta' verifika 09-BA74-006 dwar id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż magħmula mir-rikorrenti għall-perijodu bejn l-1 ta' Frar 2005 u t-30 ta' April 2008 fir-rigward ta' tliet kuntratti konklużi bejn ir-rikorrenti u l-Kummissjoni fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni li jikkontribwixxi għat-twettiq taż-żona Ewropea ta' riċerka u ta' innovazzjoni (2002-2006), u li tinforma lir-rikorrenti dwar il-passi segwenti tal-proċedimenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Cross Czech a.s. hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 - ĠU C 209, 31.07.2010.