Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Lulju 2007 - Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-250/05)1

("Kuntratti pubbliċi ta' servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti Komunitarja - Provvista ta' servizzi għall-ġbir, għall-produzzjoni u għat-tixrid ta' pubblikazzjonijiet elettroniċi, b'mod partikolari tas-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea - Ċaħda ta' l-offerta ta' offerent - Trattament ugwali - Obbligu ta' motivazzjoni - Nuqqas ta' żball manifest ta' evalwazzjoni")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Wilderspin u M. Šimerdová, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej tal-15 ta' April 2005 li tirrifjuta l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti maħruġa fid-19 ta' Novembru 2004 (ĠU 2004, S 226), li tirrigwarda l-provvista ta' servizzi għall-ġbir, għall-produzzjoni u għat-tixrid ta' pubblikazzjonijiet elettroniċi, b'mod partikolari, tas-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, u li tagħti l-kuntratt lill-offerent magħżul.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 217, 3.9.2005.