Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Ġunju 2007 - Mediocurso vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-251/05 u T-425/05)1

("FSE - Programmi ta' taħriġ - Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja inizjalment mogħtija - Motivazzjoni - Prinċipji ta' ċertezza legali u tal-protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi - Nuqqas ta' żball manifest ta' evalwazzjoni")

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Mediocurso - Estabelecimento de Ensino Particular, SA (Lisbona, il-Portugal) (rappreżentanti: C. Botelho Moniz u E. Maia Cadete, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Andrade u A. Weimar, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 1236 ta' l-14 ta' April 2005 li tnaqqas l-għajnuna mogħtija permezz tad-Deċiżjoni C (89) 0570 tat-22 ta' Marzu 1989, u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 3557 tat-13 ta' Settembru 2005 li tnaqqas l-għajnuna mogħtija permezz tad-Deċiżjoni C (89) 0570 tat-22 ta' Marzu 1989.

Dispożittiv tas-sentenza

Il-kawżi T-251/05 u T-425/05 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 217 tat-3.9.2005.