Language of document : ECLI:EU:T:2007:296





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) ta’ l-20 ta’ Settembru 2007 – Fachvereinigung Mineralfaserindustrie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-254/05)

“Għajnuna mill-Istat – Miżuri intiżi sabiex jippromwovu l-użu ta’ materjal iżolanti magħmul minn materja prima rinnovabbli – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni – Proċedura ta’ eżami preliminari – Rikors għal annullament – Assoċjazzjoni professjonali – Kunċett ta’ parti interessata fis-sens ta’ l-Artikolu 88(2) KE – Motivi relattivi għall-fondatezza tad-deċiżjoni – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi u ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni mingħajr ma nfetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali (Artikolu 88(2) u (3) KE u r-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 30-36, 47)

2.                     Rikors għal annullament – Motivi – Interpretazzjoni mill-qorti – Limitu (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 48)

Suġġett

Rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 379, tal-11 ta’ Frar 2005, rigward l-għajnuna mill-Istat N 260b/2004 (Il-Ġermanja - estensjoni tal-programm intiż biex jippromwovi l-użu ta’ materjal iżolanti magħmul minn materja prima rinnovabbli).

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Fachvereinigung Mineralfaserindustrie eV Deutsche Gruppe der Eurima – European Insulation Manufacturers Association hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.