Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' Settembru 2007 - Fachvereinigung Mineralfaserindustrie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-254/05)1

(Għajnuna mogħtija mill-Istat - Miżuri intiżi biex jitħeġġeġ l-użu ta' materjal iżolanti magħmul minn materja prima rinnovabbli - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna mogħtija mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni - Proċedura preliminari ta' investigazzjoni - Rikors għal annullament - Assoċċjazzjoni professjonali - Kunċett ta' partijiet interessati fis-sens ta' l-Artikolu 88(2) KE - Motivi relattivi għall-validità tad-deċiżjoni - Innammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Fachvereinigung Mineralfaserindustrie eV Deutsche Gruppe der Eurima - European Insulation Manufacturers Association (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Schmidt-Kötters, D. Uwer u K. Najork, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: V. Kreuschitz, aġent)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta : Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti : M. Lumma u C. Schulze-Bahr, aġenti)

Suġġett tal-Kawża

Rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 379, tal-11 ta' Frar 2005 rigward l-Għajnuna mogħtija mill-Istat N 260b/2004 (Il-Ġermanja - estensjoni tal-programm intiż biex jitħeġġeġ l-użu ta' materjal iżolanti magħmul minn materja prima rinnovabbli).

Dispożittiv tas-sentenza

L-appell huwa miċħud bħala inammissibbli.

Fachvereinigung Mineralfaserindustrie eV Deutsche Gruppe der Eurima - European Insulation Manufacturers Association hija ordnata tbati l-ispejjeż stess u dawk tal-Kummissjoni.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija ordnata tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 229, 17.9.2005.