Language of document : ECLI:EU:T:2007:162





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2007 – Mediocurso vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-251/05 u T-425/05)

“FSE – Programmi ta’ taħriġ – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja inizjalment mogħtija – Motivazzjoni – Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni ta’ l-aspettattivi leġittimi – Nuqqas ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni”

1.                     Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 39-42)

2.                     Politika soċjali - Fond Soċjali Ewropew - Għajnuna għall-finanzjament ta’ programmi ta’ taħriġ professjonali (Regolament tal-Kunsill Nru 2950/83, Artikoli 5(4) u 6(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 83/516, Artikolu 2(2); Deċiżjoni tal-Kummissjoni 83/673, Artikolu 7) (ara l-punti 57-59, 61, 67)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 1236 ta’ l-14 ta’ April 2005, li tnaqqas l-għajnuna mogħtija permezz tad-Deċiżjoni C (89) 0570 tat-22 ta’ Marzu 1989, u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 3557 tat-13 ta’ Settembru 2005 li tnaqqas l-għajnuna mogħtija permezz tad-Deċiżjoni C (89) 0570 tat-22 ta’ Marzu 1989.

Dispożittiv

1)

1) Il-kawżi T-251/05 u T-425/05 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

2) Ir-rikorsi huma miċħuda.

3)

3) Ir-rikorrenti hija kkundanata għall-ispejjeż.