Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Diċembru 2011 - H-Holding vs Il-Parlament

(Kawża T-672/11)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: H-Holding AG (Cham, l-Isvizzera) (rappreżentant: R. Závodný, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata li r-rikorrenti ġarrbet dannu minħabba li l-konvenut naqas milli jaġixxi insegwitu għall-petizzjoni tagħha tal-24 ta' Awissu 2011;

tiddikjara li l-Unjoni Ewropea hija responsabbli għall-infurzar tar-regoli ta' finanzjament tal-partiti politiċi fuq il-livell Ewropew;

tordna lill-konvenut jawtorizza lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) biex iwettaq verifika finanzjarja ta' partit politiku Ċek;

tordna lill-konvenut jibda proċeduri kontra r-Repubblika Ċeka;

tikkundanna lill-konvenut iħallasha kumpens u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenut naqas milli jaġixxi rigward il-petizzjoni tar-rikorrenti tal-24 ta' Awwissu 2011 dwar il-finanzjament ta' partit politiku Ċek.

____________