Language of document : ECLI:EU:T:2013:302





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2013 — VIP Car Solutions vs Il-Parlament

(Kawża T‑668/11)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja — Trasport tal-membri tal-Parlament Ewropew fil-karozza u fil-minibus bis-sewwieq matul il-perijodu ta’ sessjoni fi Strasbourg — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda mill-Qorti Ġenerali — Dannu allegatament sostnut wara d-deċiżjoni li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti — Rikors għad-danni”

1.                     Rikors għad-danni — Awtonomija fil-konfront tar-rikors għal annullament — Limiti — Użu ħażin ta’ proċedura — Oneru tal-prova (Artikolu 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 18)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Rikors intiż għall-kumpens għad-danni kkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 28)

3.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Kundizzjonijiet kumulattivi — Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 34, 35, 38)

4.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Annullament, minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni, ta’ deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li, fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, ċaħdet offerta — Realtà tal-illegalità u tar-rabta kawżali li tiddependi mill-eżami ta’ motivi li għandhom jiġu indirizzati kontra d-deċiżjoni li tissostitwixxi d-deċiżjoni annullata (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 39, 40)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu materjali u morali allegatament sostnut mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, li tiċħad l-offerta li hija ssottomettiet fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti PE/2006/06/UTD/1, li tikkonċerna t-trasport tal-membri tal-Parlament fil-karozza u fil-minibus bis-sewwieq matul il-perijodi ta’ sessjoni fi Strasbourg, billi din id-deċiżjoni ġiet annullata permezz tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tal-20 ta’ Mejju 2009, VIP Car Solutions vs Il-Parlament (T-89/07, Ġabra p. II-1403).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

VIP Car Solutions SARL hija kkundannata għall-ispejjeż.