Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2015 – Veloss International u Attimedia vs Il-Parlament

(Kawża T-667/11) 1

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni lejn il-Grieg fil-Parlament – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Obbligu ta’ motivazzjoni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Veloss International SA (Brussell, il-Belġju); u Attimedia SA (Brussell) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: P. López-Carceller, L. Darie u P. Biström, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tagħżel, fit-tieni post, l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti EL/2011/UE li tirrigwarda l-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni lejn il-Grieg (ĠU 2011/S 56-090374), ikkomunikata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tat-18 ta’ Ottubru 2011, kif ukoll kull deċiżjoni konnessa adottata mill-Parlament u, min-naħa l-oħra, talba ta’ kumpens għad-dannu allegatament imġarrab.DispożittivId-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2011 li tagħżel, fit-tieni pożizzjoni, l-offerta sottomessa minn Veloss International SA u Attimedia SA fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti EL/2011/UE li tirrigwarda l-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni lejn il-Grieg hija annullataIl-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.