Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Mejju 2012 - Airbus vs UASI (NEO)

(Kawża T-236/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Airbus SAS (Franza) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta' fil-Każ R 1387/2011-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "NEO" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 12 u 39 - applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9624974

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi:

-    Ksur tal-Artikoli 64(1) u 59 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009;

-    Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(c) u 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009; u

-    Ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.

____________