Language of document : ECLI:EU:T:2021:859


 


 



Digriet tal-Qorti Ġenerali (ItTmien Awla) tad29 ta’ Novembru 2021 – Kanellou vs IlKunsill

(Kawża T515/16)

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal‑2014 – Rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali u għoti tat-terminu għal raġuni ta’ distanza – Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1.      Rikorsi tal-uffiċjali – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Talba għall-annullament ta’ att individwali li jikkawża preġudizzju – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni sabiex tikkonstata l-illegalità ta’ dispożizzjoni ta’ portata ġenerali fid-dispożittiv tas-sentenzi tagħha

(ara l-punt 23)

2.      Uffiċjali – Rimbors ta’ spejjeż – Spejjeż tal-ivvjaġġar annwali u terminu għal raġuni ta’ distanza – Kundizzjonijiet u modalitajiet – Emenda tar-Regolamenti tal-Persunal sabiex id-dritt għat-terminu għal raġuni ta’ distanza u għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar jintrabat mal-istatus ta’ espatrijat – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata

(Artikolu 296 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, kif emendati bir-Regolament Nru 1023/2013, Anness V, Artikolu 7)

(ara l-punti 29 sa 34)

3.      Uffiċjali – Rimbors ta’ spejjeż – Spejjeż tal-ivvjaġġar annwali u terminu għal raġuni ta’ distanza – Kundizzjonijiet u modalitajiet – Rekwiżit ta’ rabta bejn l-għoti ta’ dawn il-benefiċċji u l-istatus ta’ espatrijat – Diskriminazzjoni kontra membri tal-persunal li għandhom iċ-ċittadinanza tal-pajjiż ta’ assenjazzjoni tagħhom, iżda post ta’ oriġini differenti mill-post ta’ assenjazzjoni tagħhom – Assenza – Obbligu għal-leġiżlatur tal-Unjoni li jipprevedi regola speċjali għall-membri tal-persunal li għandhom ċittadinanza doppja – Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 20; Regolamenti tal-Persunal, kif emendati bir-Regolament Nru 1023/2013, Anness VII, Artikolu 4)

(ara l-punti 38 sa 49)

4.      Uffiċjali – Rimbors ta’ spejjeż – Spejjeż tal-ivvjaġġar annwali u terminu għal raġuni ta’ distanza – Kundizzjonijiet u modalitajiet – Rekwiżit ta’ rabta bejn l-għoti ta’ dawn il-benefiċċji u l-istatus ta’ espatrijat – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza

(Regolamenti tal-Persunal, kif emendati bir-Regolament Nru 1023/2013, Anness V, Artikolu 7, u Anness VII, Artikoli 4 u 8)

(ara l-punti 55 sa 65)

5.      Uffiċjali – Rimbors ta’ spejjeż – Spejjeż tal-ivvjaġġar annwali u terminu għal raġuni ta’ distanza – Kundizzjonijiet u modalitajiet – Emenda tar-Regolamenti tal-Persunal sabiex id-dritt għat-terminu għal raġuni ta’ distanza u għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar jintrabat mal-istatus ta’ espatrijat – Ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali – Assenza

(Regolamenti tal-Persunal, kif emendati bir-Regolament Nru 1023/2013, Anness V, Artikolu 7, u Anness VII, Artikoli 4 u 8)

(ara l-punti 69 sa 75)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, essenzjalment, għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jingħatax iktar lir-rikorrenti, mill‑1 ta’ Jannar 2014, ir-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali, sabiex hija tkun tista’ żżomm relazzjoni mal-post ta’ oriġini tagħha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Despina Kanellou hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.