Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2008 - 4care vs UASI - Laboratorios Diafarm (Acumed)
(Kawża T-575/08)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: 4care AG (Kiel, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Redeker, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratorios Diafarm, SA (Barbera del Valles, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta' Ottubru 2008, fil-Każ R 16636/2007-2 u tiċħad l-oppożizzjoni ta' Laboratorios Diafarm;
tikkundanna lill-konvenut u lil Laboratorios Diafarm għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: 4care AG
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "Acumed" għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 9 (Applikazzjoni Nru 4493136)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Laboratorios Diafarm, SA.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali Spanjola "AQUAMED ACTIVE" (Trade mark Nru 2506452) għal prodotti fil-klassi 5 u t-trade mark Komunitarja "AQUAMED ACTIVE" (Nru 2882272) għal prodotti fil-klassi 5.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94
1 peress li m'hemm ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1)