Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Settembru 2010 - 4care vs UASI - Laboratorios Diafarm (Acumed)

(Kawża T-575/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Acumed - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti AQUAMED ACTIVE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: 4care AG (Kiel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Redeker u M. Diesbach, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Laboratorios Diafarm, SA (Barberà del Vallès, Spanja) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Ottubru 2008 fil-Każ R 1636/2007-2, dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Laboratorios Diafarm, SA u 4care AG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

4care AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 55, 07.03.2009.