Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – BSH Electrodomesticos España vs EUIPO – DKSH International (Ufesa)

(Kawża T-785/16) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Ufesa – Ftehim bonarju – Kisba mir-rikorrenti tat-trade mark mitluba – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BSH Electrodomesticos España, SA (Huarte-Pamplona, Spanja) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Duarte Guimarães u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DKSH International Ltd. (Zurich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: C. Johannsen u J. Stock, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Lulju 2016 (Każ R 1691/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn BSH Electrodomesticos España u DKSH International.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

BSH Electrodomesticos España, SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.

DKSH International Ltd. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 6, 9.1.2017.