Language of document : ECLI:EU:T:2020:17


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat30 ta’ Jannar 2020 –
PV vs IlKummissjoni

(Kawżi magħquda T786/16 u T224/18)

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Fastidju psikoloġiku – Sensiela ta’ deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni li jikkawżaw preġudizzju lir-rikorrent – Talbiet għal assistenza – Proċedura dixxiplinari – Revoka – Irtirar tar-revoka – Proċedura dixxiplinari ġdida – Revoka ġdida”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Assenza – Inammissibbiltà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d) u (e))

(ara l-punti 77 sa 79)

2.      Rikorsi tal-uffiċjali – Interess ġuridiku – Rikors ippreżentat kontra att imħassar – Effetti rispettivi tat-tħassir u tal-irtirar

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

(ara l-punti 80, 82)

3.      Rikorsi tal-uffiċjali – Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment – Tmiem tal-att suġġett tal-ilment – Effett – Deċiżjoni nieqsa minn kontenut awtonomu – Inammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

(ara l-punti 83 sa 85)

4.      Rikorsi tal-uffiċjali – Att li jikkawża preġudizzju – Kunċett – Att preparatorju – Ftuħ ta’ proċedura dixxiplinari – Inammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90(2) u 91)

(ara l-punti 87 sa 89)

5.      Rikorsi tal-uffiċjali – Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel – Termini – Natura ta’ ordni pubbliku – Eżami ex officio mill-qorti

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

(ara l-punt 102)

6.      Atti tal-istituzzjonijiet – Preżunzjoni ta’ validità – Att ineżistenti – Kunċett

(Artikolu 288 TFUE)

(ara l-punti 108 sa 111)

7.      Rikorsi tal-uffiċjali – Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel – Assenza – Inammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90(2), u 91(1) u (2))

(ara l-punt 118)

8.      Uffiċjali – Rikors – Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel – Identiċità tas-suġġett u tal-kawża – Motivi u argumenti li ma jidhrux fl-ilment, iżda li huma relatati strettament miegħu – Ammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

(ara l-punti 124, 125, 237)

9.      Uffiċjali – Fastidju psikoloġiku – Kunċett – Aġir li għandu l-għan jew l-effett li jiskredita l-persuna kkonċernata jew li jiddegrada intenzjonalment il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħha – Rekwiżit ta’ natura repetittiva tal-aġir – Rekwiżit ta’ natura intenzjonali tal-aġir – Portata – Assenza ta’ rekwiżit ta’ intenzjoni malizzjuża tal-persuna li tagħti fastidju

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 12a(3))

(ara l-punti 141 sa 146)

10.    Uffiċjali – Fastidju psikoloġiku – Oneru tal-prova – Obbligu tal-persuna kkonċernata li tipproduċi prova prima facie

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 12a(3))

(ara l-punt 148)

11.    Rikorsi tal-uffiċjali – Suġġett – Talbiet intiżi għall-konstatazzjoni ta’ fastidju psikoloġiku – Rikors ippreżentat fl-assenza ta’ proċedura prekontenzjuża skont ir-Regolamenti tal-Persunal – Inammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

(ara l-punti 154, 155)

12.    Uffiċjali – Fastidju psikoloġiku – Kunċett – Eżami globali ta’ diversi avvenimenti

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 11, 12a(3) u 24)

(ara l-punti 156, 157)

13.    Uffiċjali – Drittijiet u obbligi – Obbligu ġenerali ta’ indipendenza u ta’ integrità – Portata – Obbligu li tiġi adottata attitudni ggwidata esklużivament mill-interessi tal-Unjoni Ewropea – Obbligu li l-Awtorità tal-Ħatra tiġi informata dwar kull riskju li l-indipendenza tkun kompromessa – Natura oġġettiva tal-obbligi

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 11a(1) u 14)

(ara l-punti 189, 190, 192)

14.    Uffiċjali – Dmir ta’ premura tal-amministrazzjoni – Teħid inkunsiderazzjoni tal-interessi tal-uffiċjal – Limiti

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 24)

(ara l-punti 199 sa 201)

15.    Uffiċjali – Leave tal-mard – Ġustifikazzjoni tal-marda – Produzzjoni ta’ ċertifikat mediku – Preżunzjoni tar-regolarità tal-assenza – Eżami mediku ta' verifika – Konklużjonijiet li jikkontradixxu ċ-ċertifikat mediku – Effetti

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 59 u 60)

(ara l-punti 214 sa 217)

16.    Uffiċjali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kundizzjonijiet kumulattivi

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punt 254)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, fl-ewwel lok, għall-konstatazzjoni li r-rikorrent kien vittma ta’ fastidju psikoloġiku, fit-tieni lok, għall-annullament, prinċipalment, fil-Kawża T‑786/16, tar-rapporti ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-snin 2014, 2015 u 2016, tad-deċiżjonijiet tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) tal-Interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal‑31 ta’ Mejju u tal‑5 ta’ Lulju 2016 dwar tnaqqis mis-salarju tar-rikorrent u tad-deċiżjoni tat‑28 ta’ Novembru 2016 li tiċħad l-ilmenti ppreżentati kontra dawn id-deċiżjonijiet, tal-ittra ta’ informazzjoni minn qabel mill-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tal‑21 ta’ Ġunju 2016 li tinforma lir-rikorrent li kellu dejn ta’ ammont ta’ EUR 33 593.88, tad-deċiżjoni tal-PMO tal‑11 ta’ Lulju 2016 li tissospendi s-salarju tar-rikorrent mill‑1 ta’ Lulju 2016 kif ukoll tad-deċiżjoni tas‑17 ta’ Jannar 2017 li tiċħad l-ilment ippreżentat kontra dawn id-deċiżjonijiet, tad-deċiżjoni ta’ revoka tas‑26 ta’ Lulju 2016, tan-nota mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ tal-Interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal‑31 ta’ Lulju 2016 li tħabbar l-intenzjoni li jikkunsidra l-assenzi tiegħu għall-perjodu mit‑2 ta’ Ġunju sal‑31 ta’ Lulju 2016 bħala irregolari u għat-tnaqqis korrispondenti mis-salarju tiegħu, tal-ittra ta’ informazzjoni minn qabel tad-dejn globali mill-PMO tal‑21 ta’ Settembru 2016 li tinforma lir-rikorrent li kellu dejn ta’ ammont ta’ EUR 42 704.74 u tad-deċiżjoni tas‑17 ta’ Jannar 2017 li tiċħad l-ilment kontra din l-ittra, tan-nota ta’ debitu tal‑20 ta’ Lulju 2017 u tad-deċiżjoni tad‑29 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-ilment kontra din in-nota u l-proċedura dixxiplinari CMS 13/087, u fil-Kawża T‑224/18, tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċeduri dixxiplinari CMS 17/025, tal-messaġġi elettroniċi li jistiednu lir-rikorrent sabiex jieħu sehem fil-proċedura ta’ evalwazzjoni għas-snin 2016 u 2017, tad-deċiżjoni tal‑24 ta’ Lulju 2017 ta’ riintegrazzjoni tar-rikorrent wara l-irtirar tad-deċiżjoni ta’ revoka li tikkonċernah u tad-deċiżjoni tal‑15 ta’ Jannar 2018 ta’ ċaħda tal-ilment kontra din id-deċiżjoni, tad-deċiżjoni tal-PMO tat‑12 ta’ Settembru 2017 li teffettwa l-kumpens bejn in-nota ta’ debitu tal‑20 ta’ Lulju 2017 u s-salarji mhux imħallsa lir-rikorrent għall-perjodu mill‑1 ta’ Awwissu 2016 sat‑30 ta’ Settembru 2017, tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment kontra dik id-deċiżjoni u tad-deċiżjoni ta’ sospensjoni tas-salarju tar-rikorrent mill‑1 ta’ Ottubru 2017 u, sussidjarjament, fil-Kawża T‑786/16, tal-opinjonijiet mediċi tas‑27 ta’ Ġunju u tal‑10 ta’ Ottubru 2014, tad-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tat-talbiet għal assistenza tat‑23 ta’ Ottubru 2014, tal‑20 ta’ Jannar, tal‑20 ta’ Marzu u tat‑30 ta’ Lulju 2015 u tal‑15 ta’ Marzu u tat‑18 ta’ Mejju 2016, tad-deċiżjonijiet ta’ tnaqqis mis-salarji tad‑9 ta’ Frar, tat‑30 ta’ Marzu, tal‑5 ta’ Mejju, tal‑24 ta’ Ġunju, tal‑1 ta’ Ottubru u tat‑12 ta’ Novembru 2015, tal‑15 ta’ Jannar, tat‑22 ta’ April, tal‑31 ta’ Mejju, tal‑5 ta’ Lulju, tal‑11 ta’ Lulju u tal‑15 ta’ Settembru 2016 u tad-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tal-ilmenti kontra dawn id-deċiżjonijiet, tal-ittri ta’ dejn tal‑10 ta’ Marzu, tal‑11 ta’ Mejju, tal‑10 ta’ Ġunju, tal‑11 ta’ Awwissu, tat‑13 ta’ Novembru u tad‑9 ta’ Diċembru 2015 u tat‑18 ta’ Lulju 2016, tad-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tat‑12 ta’ Marzu, tal‑11 ta’ Awwissu u tat‑13 ta’ Ottubru 2015, tas‑7 ta’ Ġunju u tal‑21 ta’ Settembru 2016 dwar l-ilmenti magħmula b’rabta mal-proċeduri ta’ evalwazzjoni, tan-noti mediċi tal-kontrollur mediku tal-Kummissjoni li kkonstataw li ma deherx għall-eżami mediku tas‑16 u tat‑18 ta’ Lulju, tat‑8 ta’ Awwissu, tal‑4 ta’ Settembru u tal‑4 ta’ Diċembru 2014, tal‑4 ta’ Frar, tat‑13 ta’ April, tal‑4 ta’ Ġunju, tal‑11 ta’ Awwissu, tal‑14 ta’ Ottubru u tal‑4 ta’ Diċembru 2015, tal‑5 ta’ Frar, tat‑22 ta’ Marzu, tat‑18 ta’ April, tat‑3 ta’ Ġunju, tat‑30 ta’ Ġunju u tal‑25 ta’ Lulju 2016, tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tal‑14 ta’ Lulju 2016 dwar assenza mhux ġustifikata fis‑16 u fis‑17 ta’ Marzu 2016 u, fit-tielet lok, kemm fil-Kawża T‑786/16 kif ukoll fil-Kawża T‑224/18, għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu materjali u morali li r-rikorrent allegatament ġarrab.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

PV huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawżi T‑224/18 R u T‑224/18 R II.