Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-26 ta' Ġunju 2008 - Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri

(Kawża F-108/07)1

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Sunt tal-motivi fir-rikors - Nuqqas ta' lment minn qabel - Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bart Nijs (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier u G. Corstens, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġġedded il-mandat tas-Segretarju Ġenerali tagħha għal perijodu ta' sitt snin mill-1 ta' Lulju 2007 u, sussidjarjament, tad-deċiżjoni ta' l-AIPN li ma tippromwovix lir-rikorrent fil-grad LA5 fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2004 wara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Ottubru 2006, Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri (T-171/05)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Nijs huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 22, 26.01.2008, p. 56.