Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Settembru 2010 - Armani vs UASI - Annunziata Del Prete (AJ AMICI JUNIOR)

(Kawża T-420/10)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Georgio Armani SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentant: M. Rapisardi, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Annunziata Del Prete (Napoli, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannula d-Deċiżjoni R1360/2009-2 tat-Tieni Bord tal-Appell, tat-8 ta' Lulju 2010, għall-applikazzjoni żbaljata u kuntrarja tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, sa fejn ma rrikonoxxietx l-eżistenza ta' probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti;

tilqa' t-talbiet tar-rikorrenti, kif esposti fil-proċidementi ta' oppożizzjoni u skont id-deċiżjoni mogħtija mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni;

tiċħad fl-intier tagħha l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru6 314 462 irreġistrata f'isem "Annunziata Del Prete", skont l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, għall-prodotti u s-servizzi identifikati minnha;

tordna lill-UASI sabiex jeżegwixxi d-deċiżjoni u jirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark "AJ Amici Junior";

tikkundanna lill-UASI, separatament jew flimkien mal-parti l-oħra fil-proċeduri, Annunziata Del Prete, sabiex ibati l-ispejjeż kollha inkorsi matul il-proċeduri kollha;

tiddeċiedi, minħabba l-annullament, li jiġu deċiżi favur ir-rikorrenti l-ispejjeż inkorsi matul dawn il-proċeduri, inklużi dawk inkorsi fl-istadju tal-appell, skont l-Artikolu 91(b) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Annunziata del Prete.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li fiha l-element verbali "AJ Amici Junior" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 314 462), sabiex tiddistingwi prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 25 u 35.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark Taljana figurattiva li fiha l-element verbali "AJ Armani Jeans" (Nru 912 114), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 25 u 35, u trade mark Taljana figurattiva li fiha l-element verbali "ARMANI JUNIOR" (Nru 998 554) għal prodotti fil-klassijiet 25 u 35.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Komunitarju (KE) Nru 207/2009 dwar l-eżistenza ta' probbabiltà ta' konfużjoni bejn trade marks kunfliġġenti u prodotti identifikat minnhom.

____________