Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2013 – Giovanni Cosmetics vs UASI – Vasconcelos & Gonçalves (GIOVANNI GALLI)

(Kawża T-559/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Giovanni Cosmetics, Inc. (Rancho Dominguez, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. van den Berg u M. Meddens-Bakker, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vasconcelos & Gonçalves, SA (Lisbona, il-Portugall)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Awwissu 2013 fil-Każ R 1189/2012-2,

tordna li l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 232 471 tiġi miċħuda;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “GIOVANNI GALLI” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 14 u 18 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru°9 232 471Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrentiTrade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja “GIOVANNI” irreġistrata bin-numru Nru 2 404 283 għal prodotti fil-klassi 3Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħhaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.