Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2013 – FSA vs UASI - Motokit Veículos e Acessórios (FSA K-FORCE) (Kawża T-558/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FSA Srl (Busnago, l-Italja) (rappreżentanti: M. Locatelli u M. Cartella, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Motokit Veículos e Acessórios, SA (Vagos, il-Portugall)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta’ Awwissu 2013, fil-Każ R 436/2012-2;

tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali FSA K-FORCE;

tordna lill-konvenut u lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali FSA K-FORCE – Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 191 909

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-AppellMotivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: motivi previsti fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 53(1)(a) u tal-Artikolu 8(1)(b), meħuda flimkien, tar-Regolament dwar it-trade mark KomunitarjaDeċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja ddikjarata invalidaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 53(1)(a), tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 75, meħuda flimkien, tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.