Language of document : ECLI:EU:T:2014:984





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Novembru 2014 —
Verband der Kölnisch‑Wasser Hersteller vs UASI (Original Eau de Cologne)


(Kawża T‑556/13)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja kollettiva verbali Original Eau de Cologne — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Artikolu 7(1)(b)(c) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv ta’ sinjal — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 13, 14)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Trade mark verbali Original Eau de Cologne (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 18, 20-23, 31)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal‑21 ta’ Awwissu 2013 (Każ R 2064/2012‑14), li jirrigwarda applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali verbal Original Eau de Cologne bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Verband der Kölnisch Wasser Hersteller eV hija kkundannata għall-ispejjeż.