Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-557/13)1

(“FAEGG – Taqsima ta’ Garanziji – FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Infiq imwettaq fil-kuntest tas-sistema Ewropea tal-kwota għall-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata – Drittijiet tad-difiżaˮ)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u P. Rossi, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M.K. Bulterman, C.S. Schillemans u J. Langer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/433/UE, tat-13 ta’ Awwissu 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (ĠU L 219, p. 49), sa fejn hija tapplika korrezzjoni finanzjarja għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-kuntest tas-sistema Ewropea tal-kwota għall-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata għas-snin 2003 sa 2005, ta’ ammont totali ta’ EUR 6 192 951.34.DispożittivId-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/433/UE, tat-13 ta’ Awwissu 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn hija tapplika korrezzjoni finanzjarja għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-kuntest tas-sistema Ewropea tal-kwota għall-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata għas-snin 2003 sa 2005.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 ĠU C 9, 11.1.2014.