Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2019 – Pierre Balmain vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ ljun mdawra bi ċrieki li jiffurmaw katina)

(Kawża T-332/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Pierre Balmain SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J. Iglesias Monravá, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ ljun mdawra bi ċrieki li jiffurmaw katina) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 515 115

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 1224/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 515 115 għall-prodotti miċħuda fil-klassijiet 14 u 26;

tikkundanna lill-parti li topponi dan ir-rikors għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________