Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2013 – Tsujimoto vs L-UASI - Kenzo (KENZO)

(Kawża T-322/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Kenzo Tsujimoto (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentant: A. Wenninger-Lenz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kenzo (Pariġi, Franza)

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-25 ta’ Marzu 2013 (Każ R 1364/2012-2);

tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “KENZO”, għal servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 701 286

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja verbali “KENZO”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja miċħuda fl-intier tagħha

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 76(2) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.