Language of document : ECLI:EU:T:2011:63





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2011 – 1. garantovaná vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-392/09 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kompetizzjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa – Garanzija bankarja – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Fumus boni juris – Dannu finanzjarju – Ċirkustanzi eċċezzjonali – Urġenza – Ibbilanċjar tal-interessi – Sospensjoni parzjali u kundizzjonali”

1.                     Proċedura – Intervent – Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Interess fis-soluzzjoni tal-kawża għal miżuri provviżorji – Talba għal intervent mressqa minn azzjonisti ta’ kumpannija li ressqu talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Dritt awtonomu ta’ intervent ta’ kull azzjonista mingħajr in-neċessità li huwa jistabbilixxi interess speċifiku fir-rigward tas-suġġett tal-kawża – Assenza – Riskju li l-iżvolġiment tal-proċeduri għal miżuri provviżorji jittaqqal – Ċaħda tat-talba (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 40) (ara l-punti 11, 12, 14-16, 18)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi inkwistjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 20-22)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li timponi multa fuq impriża għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Kunċett – Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni tal-kapaċità kontributtiva ta’ impriża f’kuntest soċjali u ekonomiku speċifiku – Sitwazzjoni li teħtieġ eżami fil-fond li jeċċedi l-kuntest tal-proċeduri għal miżuri provviżorji – Inklużjoni fil-kunċett (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 26-28)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Riskju ta’ falliment – Obbligu li jingħataw indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dettaljati li juri fedelment u globalment is-sitwazzjoni finanzjarja tar-rikorrenti – Osservanza fil-mument tat-tressiq tat-talba (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 37-39, 46-48)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja bħala kundizzjoni għan-nuqqas tal-irkupru immedjat ta’ multa – Kundizzjonijiet għall-għoti – Ċirkustanzi eċċezzjonali – Oneru tal-prova – Rifjut tal-banek li jipprovdu tali garanzija bankarja – Ammissibbiltà bħala prova ta’ impossibbiltà oġġettiva li jinkiseb tali strument finanzjarju (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 40-42, 53, 56, 61-66)

6.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja bħala kundizzjoni għan-nuqqas tal-irkupru immedjat ta’ multa – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-grupp ta’ appartenenza tal-impriża – Rabtiet tal-kumpanniji, finanzjarji u personali li huma insuffiċjenti sabiex tiġi stabbilita apparetenenza (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti, Ġenerali Artikolu 104(2)) (ara l-punti 73, 74, 79-82)

7.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ nuqqas ta’ diliġenza tar-rikorrenti – Inammissibbiltà (Artikolu 279 TFUE, Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 86, 87)

8.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja bħala kundizzjoni għan-nuqqas tal-irkupru immedjat ta’ multa imposta minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Waqfien tal-attività ekonomika tar-rikorrenti wara l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata – Interessi finanzjarji u interess pubbliku tal-Unjoni li jistgħu jiġi protetti aħjar fil-każ ta’ għoti ta’ miżuri provviżorji – Prevalenza tal-interessi tar-rikorrenti – Kundizzjonijiet li jippermettu li jiġi ppreżervat l-effett sħiħ tad-deċiżjoni kkontestata (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 101-120)

9.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Modifika jew revoka – Kundizzjoni – Bdil fiċ-ċirkustanzi (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 108) (ara l-punt 121)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/39.396 – Reaġenti abbażi ta’ karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar).

Dispożittiv

1)

It-talba għal intervent ta’ J. Červenka, M. Hošek, R. Murar, A. Vološin, M. Kasanický u P. Fratič hija miċħuda.

2)

L-obbligu fuq ir-rikorrenti, 1. garantovaná a.s., li tikkostitiwxxi favur il-Kummissjoni Ewropea garanzija bankarja sabiex tevita l-irkupru immedjat tal-multa imposta fuqha permezz tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/39.396 – Reaġenti abbażi ta’ karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar) huwa sospiż sakemm iseħħ l-ewwel miż-żewġ avvenimenti li ġejjin:

–        meta jimmatura s-self fit-tul fil-11 ta’ Lulju 2012;

–        id-deċiżjoni tas-sentenza li ttemm il-kawża prinċipali;

u bil-kundizzjoni li:

–        min-notifika ta’ dan id-digriet, ir-rikorrenti ma tistax tittrasferixxi, la direttament u lanqas indirettament, is-sehem tagħha fis-sussudjarja tagħha G1 Investment Ltd mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni;

–        f’terminu ta’ xahar min-notifika ta’ dan id-digriet, ir-rikorrenti tippreżenta bil-miktub lill-President tal-Qorti Ġenerali l-ftehim li jipprovdi li s-sussidjarja tagħha G1 Investment, u s-sussidjarja ta’ din tal-aħħar, ma jistgħux jittrasferixxu l-attivi tagħhom lil terz mingħajr awtrorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni;

–        min-notifika ta’ dan id-digriet, ir-rikorrenti tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR 2.1 miljuni;

–        f’terminu ta’ xahar min-notifika ta’ dan id-digriet, u sussegwentement kull tliet xhur sad-deċiżjoni tas-sentenza fil-kawża prinċipali, jew f’kull avveniment li jista’ jkollu influwenza fuq il-kapaċità futura li tħallas il-multa imposta, ir-rikorrenti tippreżenta bil-miktub lill-Kummissjoni rapport dwar l-iżvilupp tal-attivi tagħha, u b’mod iktar partikolari tal-investiment fit-tul tagħha.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.