Language of document : ECLI:EU:T:2012:674





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2012 — 1. Garantovaná vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑392/09)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, minbarra fl-Irlanda, fi Spanja, fil-Portugall u fir-Renju Unit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Multi — Massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ — Dħul mill-bejgħ rilevanti — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Proporzjonalità — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont ta’ multi tal-2006 — Kapaċità kontributtiva”

1.                     Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Oneru tal-prova (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 19-21, 29-33, 41, 42, 46, 48, 49, 54-57)

2.                     Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Kumpannija parent li taġixxi bħala sempliċi investitur finanzjarju — Kunċett (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 51, 52)

3.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Kontenut neċessarju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Indikazzjoni tal-punti prinċipali ta’ fatt u ta’ liġi li jistgħu jwasslu għal multa — Indikazzjoni biżżejjed fid-dawl tad-dritt għal smigħ dwar id-determinazzjoni tal-ammont tal-multa (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27) (ara l-punti 68, 69, 73, 74, 78, 79)

4.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Ammont massimu — Kalkolu — Dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni — Dħul mill-bejgħ tal-eżerċizzju soċjali li jippreċedi d-data ta’ impożizzjoni tal-multa — Eżerċizzju soċjali kkaratterizzat mill-waqfien tal-attivi kollha — Rikors għad-dħul mill-bejgħ tal-eżerċizzju soċjali direttament preċedenti — Ammissibbiltà — Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali — Assenza (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 86-90, 103-107)

5.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Natura dissważiva tal-multa — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Limiti — Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament — Obbligu li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni finanzjarja defiċitarja tal-impriża kkonċernata — Assenza (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 35) (ara l-punti 112-119, 131, 132, 137)

6.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Kapaċità kontributtiva reali tal-impriża f’kuntest soċjali u ekonomiku partikolari — Teħid inkunsiderazzjoni — Kundizzjonijiet — Tqegħid f’perikolu irremedibbli tal-viabbiltà ekonomika tal-impriża minħabba l-multa — Kundizzjoni li ma tistax tiġi ssodisfatta minn impriża li tiddeċiedi li ttemm l-attivitajiet tagħha u li tbigħ l-attivi tagħha (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 35) (ara l-punti 142-144)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/39.396 – reaġenti abbażi ta’ karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass), sa fejn tirrigwarda r-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

1. garantovaná a.s. hija kkundannata għall-ispejjeż.