Language of document : ECLI:EU:T:2014:22





Sentenza Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Jannar 2014 — Evonik Degussa u AlzChem vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑391/09)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industrija tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, minbarra l-Irlanda, Spanja, il-Portugall u r-Renju Unit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Multi — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Ċirkustanzi aggravanti — Reċidiva — Ċirkustanzi attenwanti — Proporzjonalità — Tul tal-ksur — Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa — Linji Gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi”

1.                     Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha — Natura konfutabbli — Oneru tal-prova — Ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza — Assenza — Ksur tal-prinċipju ta’ responsabbiltà personali — Assenza — Ksur tal-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni — Assenza (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punti 16‑21, 24, 25, 30‑38, 47, 48, 77, 89, 94, 96, 152)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni li timponi multi għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni u li tikkonċerna numru ta’ destinatarji — Imputazzjoni tal-prattiki ta’ sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha — Neċessità ta’ motivazzjoni espliċita — Portata (Artikoli 81 KE u 253 KE) (ara l-punti 59-61)

3.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Dħul mill-bejgħ meħud inkunsiderazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 13) (ara l-punti 129, 131)

4.                     Kompetizzjoni — Multi — Impożizzjoni — Neċessità li l-impriża tkun ibbenefikat mill-ksur — Assenza — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Ineżistenza ta’ benefiċċju — Esklużjoni (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 29 u 31) (ara l-punti 133, 238-242)

5.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi aggravanti — Reċidiva — Kunċett (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 28) (ara l-punti 141-145, 153, 155)

6.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni — Portata (Artikoli 261 TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31) (ara l-punti 166, 261)

7.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Stabbiliment ta’ programm ta’ allinjament sabiex ikun hemm konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni mhux obbligatorju (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29) (ara l-punti 168, 169, 174, 175, 183)

8.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Kundizzjoni finanzjarja ħażina tas-settur inkwistjoni — Esklużjoni (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29) (ara l-punt 187)

9.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Marġni diskrezzjonali rriżervat għall-Kummissjoni — Limiti — Osservanza tal-Komunikazzjoni dwar il-klemenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03, punt 23) (ara l-punti 201‑203, 210, 211)

10.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Natura dissważiva tal-multa — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Inklużjoni, fl-ammont bażiku tal-multa, tal-miżata tad-dħul u żieda tal-imsemmi ammont għal reċidiva — Ammissibbiltà — Arrotondament tat-tul tal-parteċipazzjoni ta’ diversi impriżi fl-istess ksur — Ġustifikazzjoni — Assenza — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 19 sa 26) (ara l-punti 218-223, 225-236)

11.                     Kompetizzjoni — Multi — Responsabbiltà in solidum għall-ħlas — Kundizzjonijiet — Unità ekonomika — Eċċezzjonijiet (Artikolu 81 KE) (ara l-punti 244-246, 271)

12.                     Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni u li timponi multa — Impriża miżmuma responsabbli in solidum ma’ entitajiet oħra — Ammissibbiltà (Artikolu 81 KE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 258‑260)

13.                     Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Kundizzjonijiet — Motiv ġdid — Kunċett (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(2)) (ara l-punti 280, 281)

14.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Sempliċi riferiment għal sentenza preċedenti tal-Qorti Ġenerali — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 48(2)) (ara l-punti 282-285)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat‑22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396  Reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industrija tal-azzar u tal-gass), f’dak li jikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, b’mod sussidjarju, talba għall-bidla tal-imsemmija deċiżjoni, intiża, minn naħa, għall-annullament tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti jew għat-tnaqqis tal-ammont tagħha u, min-naħa l-oħra, għar-responsabbiltà ta’ SKW Stahl-Technik GmbH & Co. KG tal-ammont sħiħ tal-multa, in solidum mar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(g) u (h) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 – Reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industrija tal-azzar u tal-gass), huwa annullat, sa fejn dan jikkonċerna lil Evonik Degussa GmbH u AlzChem AG, filwaqt li madankollu jiġi ppreċiżat li dan l-annullament ma jaffettwax l-effett liberatorju ta’ kwalunkwe ħlas, minn waħda jew minn oħra minn dawn iż-żewġ kumpanniji, tal-multa imposta fuqhom in solidum għall-ksur ikkonstatat fl-Artikolu 1(f) tal-imsemmija deċiżjoni, fir-rigward ta’ SKW Stahl-Technik GmbH & Co. KG, u l-multa li ġiet imposta fuq din tal-aħħar fl-Artikolu 2(g) tal-istess deċiżjoni.

2)

Għall-ksur ikkonstatat fir-rigward ta’ Evonik Degussa u AlzChem fl-Artikolu 1(f) tad-deċiżjoni C (2009) 5791 finali, huma imposti l-multi li ġejjin:

–        fuq Evonik Degussa u AlzChem in solidum: EUR 2.49 miljun, filwaqt li jiġi ppreċiżat li ser jitqies li Evonik Degussa u AlzChem ħallsu din il-multa bl-ammont identiku għal dak li ħallset SKW Stahl-Technik għall-multa imposta fuqha fl-Artikolu 2(f) u (g) tal-istess deċiżjoni;

–        fuq Evonik Degussa, l-unika waħda responsabbli għall-ħlas ta’ din il-multa, EUR 1.24 miljun.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Evonik Degussa u AlzChem għandhom ibatu żewġ terzi tal-ispejjeż tagħhom kif ukoll żewġ terzi ta’ dawk tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż sostnuti minn Evonik Degussa u AlzChem.