Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta' Marzu 2011 - 1. garantovaná vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-392/09 R)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa - Garanzija bankarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Dannu finanzjarju - Ċirkustanzi eċċezzjonali - Urġenza - Bilanċ ta' interessi - Sospensjoni parzjali u kundizzjonali"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: 1. garantovaná a.s. (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Powell, solicitor, A. Sutton u G. Forwood, barristers, sussegwentement minn M. Powell u G. Forwood)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Bourke u N. von Lingen, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta' Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/39.396 - Reaġenti abbażi ta' karbur tal-kalċju u ta' manjesju għall-industriji tal-azzar).

Dispożittiv

1)    It-talba għal intervent ta'. Jaroslav Červenka, Milan Hošek, Roman Murar, Adrián Vološin, Milan Kasanický u Peter Fratič hija miċħuda.

2)    L-obbligu fuq ir-rikorrenti, 1. garantovaná a.s. ,li tipprovdi favur il-Kummissjoni Ewropea garanzija bankarja sabiex tevita l-irkupru immedjat tal-multa imposta fuqha permezz tal-Artikolu 2 tad- Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta' Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/39.396 - Reaġenti abbażi ta' karbur tal-kalċju u ta' manjesju għall-industriji tal-azzar) huwa sospiż sakemm iseħħ l-ewwel miż-żewġ avvenimenti li ġejjin:

- meta jimmatura s-self fit-tul fil-11 ta' Lulju 2012;

- id-deċiżjoni tas-sentenza li ttemm il-kawża prinċipali;

u bil-kundizzjoni li:

-    min-notifika ta' dan id-digriet, ir-rikorrenti ma tistax titrasferixxi, la direttament u lanqas indirettament, is-sehem tagħha fis-sussudjarja tagħha G1 Investment Ltd mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni;

-    f'terminu ta' xahar min-notifika ta' dan id-digriet, ir-rikorrenti tippreżenta bil-miktub lill-President tal-Qorti Ġenerali l-ftehim li jipprovdi li s-sussidjarja tagħha G1 Investment u s-sussidjarja ta' din tal-aħħar, ma jistgħux jitrasferixxu l-attivi tagħhom lil terz mingħajr awtrorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni;

min-notifika ta' dan id-digriet, ir-rikorrenti tħallas lill-Kummissjoni s- somma ta' EUR 2.1 miljuni;

-    f'terminu ta' xahar min-notifika ta' dan id-digriet, u sussegwentement kull tliet xhur sad-deċiżjoni tas-sentenza fil-kawża prinċipali, jew f'kull avveniment li jista' jkollu influwenza fuq il-kapaċità futura li tħallas il-multa imposta, ir-rikorrenti tippreżenta bil-miktub lill-Kummissjoni rapport dwar l-iżvilupp tat-attivi tagħha, u b'mod iktar partikolari tal-investiment fit-tul tagħha.

3) L-ispejjeż huma rriżervati.

____________