Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Diċembru 2010 - General Bearing vs UASI (GENERAL BEARING CORPORATION)

(Kawża T-394/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GENERAL BEARING CORPORATION - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: General Bearing Corp. (West Nyack, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Dellmeier-Beschorner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Manea, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta' Lulju 2009 (Każ R 73/2009-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali GENERAL BEARING CORPORATION bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Generali Bearing Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 297, 5.12.2009.