Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Ottubru 2011 - United Phosphorus vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-95/09) 

"Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva napropamide - Nuqqas ta' inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE - Adozzjoni ta' direttiva ulterjuri - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: United Phosphorus Ltd (Warrington, Cheshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Parpala u N.B. Rasmussen, sussegwentement L. Parpala, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/902/KE, tas-7 ta' Novembru 2008, dwar in-nuqqas ta' inklużjoni tan-napropamide fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 - ĠU C 102, 01.05.2009.