Language of document : ECLI:EU:T:2009:201





Sentenza tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (It‑Tmien Awla) tal‑11 ta’ Ġunju 2009 – Guedes – Indústria e Comércio vs UASI – Espai Rural de Gallecs (Gallecs)

(Kawża T‑151/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Gallecs – Trade marks nazzjonali u Komunitarji figurattivi preċedenti GALLO, GALLO AZEITE NOVO, GALLO AZEITE – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l- punti 34,35, 50-56)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Jannar 2008 (Każ R 986/2007‑2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Victor Guedes – Indústria e Comércio, SA u Consorci de l’Espai Rural de Gallecs.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Consorci de l’Espai Rural de Gallecs

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva GALLECS għal prodotti fil-klassijiet 29 u 31 — Applikazzjoni Nru 3710597

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Victor Guedes – Indústria e Comércio, SA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark figurattiva nazzjonali GALLO għal prodotti fil-klassi 29; trade mark figurattiva nazzjonali GALLO AZEITE NOVO għal prodotti fil-klassi 29; trade mark figurattiva nazzjonali AZEITE GALLO għal prodotti fil-klassi 29; trade mark nazzjonali GALLO AZEITE NOVO, għal prodotti fil-klassi 29; trade mark figurattiva Komunitarja GALLO għal prodotti fil-klassi 29

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Rikors miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Victor Guedes – Indústria e Comércio, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.