Rikors ippreżentat fit-2 ta' Marzu 2013 - Evonik Oil Additives vs UASI - BRB International (VISCOTECH)
(Kawża T-138/13)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Evonik Oil Additives GmbH (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: J.Albrecht, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BRB International BV (Ittervoort, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-19 ta' Diċembru 2012 fil-Każ R 907/2012-5;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: BRB International BV
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "VISCOTECH" għal prodotti fil-klassijiet 1 u 4
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali u internazzjonali "VISCOPLEX" għal prodotti fil-klassijiet 1 u 4
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u oppożizzjoni miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
____________