Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – Netherlands Maritime Technology Association vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-140/13) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Sistema Spanjola ta’ deprezzament antiċipat tal-ispejjeż ta’ ċerti attivi akkwistati permezz ta’ kiri finanzjarju – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali – Diffikultajiet serji – Ċirkustanzi u tul tal-investigazzjoni preliminari – Natura insuffiċjenti u inkompleta tal-investigazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Netherlands Maritime Technology Association, li qabel kienet Scheepsbouw Nederland (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: K. Struckmann, avukat, u G. Forwood, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Afonso, L. Flynn u P. Němečková, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: N. Díaz Abad u A. Sampol Pucurull, abogados del Estado)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Novembru 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA 34736 (12/N) rigward l-implementazzjoni mir-Renju ta’ Spanja ta’ sistema fiskali li tippermetti deprezzament antiċipat ta’ ċerti attivi akkwistati permezz ta’ kiri finanzjarju.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala infondat.Netherlands Maritime Technology Association hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.