Language of document : ECLI:EU:T:2014:1029





Sentenza tal‑Qorti Ġenerali (Is‑Seba’ Awla) tad‑9 ta’ Diċembru 2014 —
Netherlands Maritime Technology Association vs Il‑Kummissjoni


(Kawża T‑140/13)

“Għajnuna mill-Istat — Sistema Spanjola ta’ deprezzament antiċipat tal-ispejjeż ta’ ċerti attivi akkwistati permezz ta’ kiri finanzjarju — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali — Diffikultajiet serji — Ċirkustanzi u tul tal-investigazzjoni preliminari — Natura insuffiċjenti u inkompleta tal-investigazzjoni”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Fażi preliminari u fażi kontradittorja — Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern — Diffikultajiet ta’ evalwazzjoni — Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja — Diffikultajiet serji — Kunċett — Natura oġġettiva — Oneru tal-prova — Ċirkustanzi li jippermettu li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ tali diffikultajiet — Tul u karattru insuffiċjenti jew inkomplet tal-eżami li sar mill-Kummissjoni fil-proċedura ta’ eżami preliminari (Artikolu 107(1) TFUE u 108(2) u (3) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 4(4) u 13(1)) (ara l-punti 44-48)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Natura selettiva tal-miżura — Sistema fiskali ta’ deprezzament antiċipat tal-ispejjeż ta’ ċerti attivi akkwistati permezz ta’ kiri finanzjarju — Miżura ġenerali applikabbli mingħajr distinzjoni għall-operaturi ekonomiċi kollha (Artikolu 107(1), TFUE) (ara l-punti 54, 90, 99, 100)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Fażi preliminari u fażi kontradittorja — Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern — Diffikultajiet ta’ evalwazzjoni — Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja — Ċirkustanzi li jippermettu li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ tali diffikultajiet — Sempliċi preżentata ta’ ilment jew ta’ osservazzjonijiet li ġejjin minn terzi — Esklużjoni (Artikolu 107(1) TFUE u 108(2) u (3) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 4(4) u 13(1)) (ara l-punti 58, 60)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Proġetti ta’ għajnuna — Eżami mill-Kummissjoni — Fażi preliminari — Tul taż-żmien — Karattru imperattiv ta’ terminu massimu ta’ xahrejn stabbilit sabiex jiggarantixxi ċ-ċertezza legali fl-Istat Membru li jinnotifika — Konsegwenzi marbuta mal-iskadenza ta’ dan it-terminu — Skadenza notevoli tat-terminu li tista’ tikkostitwixxi indizju dwar l-eżistenza tad-diffikultajiet serji li jeħtieġu l-ftuħ tal-proċedura kontradittorja — Evalwazzjoni każ b’każ (Artikolu 108(2) u (3) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 4(5)) (ara l-punti 64, 66, 73, 74, 110)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Novembru 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA 34736 (12/N) rigward l-implementazzjoni mir-Renju ta’ Spanja ta’ sistema fiskali li tippermetti deprezzament antiċipat ta’ ċerti attivi akkwistati permezz ta’ kiri finanzjarju.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala infondat.

2)

Netherlands Maritime Technology Association hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.