Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awissu 2013 – Triarii vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-435/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Triarii BV (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: G. Verhellen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (Re.: ENER B 1/IMMR(2013) ENER.B.1.2638778), tal-20 ta’ Ġunju 2013, sabiex tinkludi l-offerta tar-rikorrenti fis-sejħa għall-offerti;

fil-każ li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, kif mitluba, tittieħed wara li l-kuntratt jingħata lil offerent:

tannulla l-attwali sejħa għall-offerti Nru ENER/B1/2013-371 sabiex tagħti ċans lir-rikorrenti biex tissottometti għal darb’oħra l-offerta tagħha;

tannulla d-deċiżjoni li l-Kummissjoni Ewropea għandha tieħu li talloka l-kuntratt Nru ENER/B1/2013-371 lil offerent; u/jewtikkumpensa lir-rikorrenti għan-nuqqas ta’ opportunità minħabba fl-esklużjoni tagħha mis-sejħa għall-offerti Nru ENER/B1/2013-371. Motivi u argumenti prinċipaliInsostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali hija kompetenti sabiex tieħu deċiżjoni dwar din il-kawża, skont l-Artikolu 263 TFUE.It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li, permezz tal-imġiba tagħha, il-Kummissjoni Ewropea ħolqot aspettattiva leġittima li l-offerta kienet ġiet sottomessa lilha fil-ħin.