Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2015 – Petropars Iran et vs Il-Kunsill

(Kawża T-433/15)1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Dritt li tiġi eżerċitata attività ekonomika – Dritt għall-proprjetà – Protezzjoni tas-saħħa pubblika, tas-sigurtà u tal-ambjent – Prinċipju ta’ prekawzjoni – Proporzjonalità – Drittijiet tad-difiża”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Petropars Iran Co. (Kish Island, l-Iran) Petropars Oilfields Services Co. (Kish Island); Petropars Aria Kish Operation and Management Co. (Tehran, l-Iran); Petropars Resources Engineering Kish Co. (Tehran) (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy, Z. Burbeza, solicitors, R. Blakeley, G. Beck, barristers, u M. Brindle, QC)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 156, p. 10), kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 522/2013, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 156, p. 3), u, min-naħa l-oħra, talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-Artikolu 20(1)(ċ) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif ukoll tal-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1)DispożittivIs-segwenti atti huma annullati sa fejn dawn jikkonċernaw lil Petropars Aria Kish Operation and Management Co. u lil Petropars Resources Engineering Kish Co.:id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 522/2013, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.L-effetti tad-Deċiżjoni 2013/270 u t

ar-Regolamen

t Nru 522/2013 għandhom jinżammu fir-rigward ta’ Petropars Aria Kish Operation and Management Co. u ta’ Petropars Resources Engineering Kish Co. sad-data tal-i

skadenza tat-terminu tal-appell imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew, jek

k jiġi ppreżentat appell f’dan it-terminu, sakemm dan l-appell jiġi miċħud.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

____________

1  ĠU C 313, 26.