Language of document : ECLI:EU:T:2015:255

Kawża T‑433/13

Petropars Iran Co. et

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Dritt li tiġi eżerċitata attività ekonomika — Dritt għall-proprjetà — Protezzjoni tas-saħħa pubblika, tas-sigurtà u tal-ambjent — Prinċipju ta’ prekawzjoni — Proporzjonalità — Drittijiet tad-difiża”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Mejju 2015

1.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Deċiżjoni li taqa’ f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li tippermettilha li tifhem il-portata tal-miżura meħuda fil-konfront tagħha — Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja

(Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK u 2013/270/PESK; (Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012 u Nru 522/2013)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi tal-entitajiet miżmuma minn entità li tipprovdi appoġġ finanzjarju lil-Gvern Iranjan — Rekwiżiti minimi — Deskrizzjoni tal-imsemmija entitajiet bħala sussidjarji — Kuntest li jippermetti l-identifikazzjoni tal-kumpannija parent

(Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK u 2013/270/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012 u Nru 522/2013)

3.      Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Kundizzjonijiet — Estensjoni ta’ motiv eżistenti — Assenza ta’ espansjoni — Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(c) u 48(2))

4.      Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Portata tal-istħarriġ

(Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK u 2013/270/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012 u Nru 522/2013)

5.      Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Obbligu li din il-miżura tiġi estiża għall-entitajiet miżmuma jew ikkontrollati minn tali entità — Kwalità ta’ entità miżmuma jew ikkontrollati — Evalwazzjoni abbażi ta’ każ b’każ mill-Kunsill — Kriterji

(Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikoli 20(1)(c), u 2013/270/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(d), u Nru 522/2013)

6.      Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar tal-fondi tal-entitajiet miżmuma minn entità li tipprovdi appoġġ finanzjarju lil-Gvern Iranjan — Restrizzjoni tad-dritt għall-proprjetà u tad-dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomiku — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 16 u 17; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK u 2013/270/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012 u Nru 522/2013)

7.      Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar tal-fondi tal-entitajiet miżmuma minn entitajiet li jipprovdu appoġġ finanzjarju lill-Gvern Iranjan — Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-ambjent, tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema u taċ-ċittadini — Assenza — Ksur tal-prinċipju ta’ prekawzjoni — Assenza

(Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK u 2013/270/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012 u Nru 522/2013)

8.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Obbligu li tiġi kkomunikata l-motivazzjoni lill-persuna kkonċernata kontemporanjament mal-adozzjoni tal-att li jikkawżalha preġudizzju jew kemm jista’ jkun warajha — Limiti — Sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri jew tmexxija tar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom — Dritt ta’ aċċess għad-dokumenti ssuġġettat għal talba f’dan is-sens lill-Kunsill

(Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK u 2013/270/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012 u Nru 522/2013)

9.      Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-provi kontra — Portata

(Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK u 2013/270/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012 u Nru 522/2013)

10.    Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Annullament parzjali ta’ żewġ atti li jinkludu miżuri restrittivi — Riskju ta’ preġudizzju għaċ-ċertezza legali — Żamma tal-effetti tal-atti annullati sal-iskadenza tat-terminu għall-appell jew saċ-ċaħda tiegħu

(It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 264, TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK u 2013/270/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012 u Nru 522/2013)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 32-36)

2.      Fir-rigward ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran, bħall-iffriżar tal-fondi tal-entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern Iranjan u tal-entitajiet assoċjati magħhom, li huwa impost fuq il-Kunsill mill-Artikolu 20(1)(ċ) tad-Deċiżjoni 2010/413, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, u l-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, il-motivazzjoni tal-miżuri li jiskrivu ċerti entitajiet fil-lista tal-entitajiet involuti fil-programm nukleari jew ta’ missili ballistiċi u tal-entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern Iranjan tippermetti lil dawn tal-aħħar li jidentifikaw il-kriterju previst fl-Artikolu 20(1)(ċ) tad-Deċiżjoni 2010/413 kif ukoll fl-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012, jiġifieri l-kriterju ta’ inklużjoni li jirrigwarda l-entitajiet miżmuma minn entità li tipprovdi appoġġ lill-Gvern Iranjan, li kkostitwixxa l-bażi legali għall-inklużjoni ta’ isimhom fil-listi, sa fejn, minn naħa, l-użu tat-terminu sussidjarja fl-imsemmija motivazzjoni neċessarjament jagħmel riferiment għall-eżistenza ta’ kontroll minn kumpannija parent li jista’ jirriżulta, b’mod partikolari, mill-eżistenza ta’ rabtiet kapitalistiċi bejn din tal-aħħar u s-sussidjarja inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, il-kuntest li fih ġew adottati l-miżuri jippermetti li tiġi identifikata l-kumpannija parent li kienet iżżommhom jew tikkontrollahom, li l-inklużjoni ta’ isimha kienet ibbażata fuq il-kriterju li jikkonċerna l-entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern Iranjan.

(ara l-punti 40-47)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 54-59)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 60, 61)

5.      Meta l-fondi ta’ entità rikonoxxuta bħala li tipprovdi appoġġ lill-Gvern Iranjan jiġu ffriżati, ikun hemm riskju kunsiderevoli li din tal-aħħar teżerċita pressjoni fuq l-entitajiet li huma proprjetà tagħha jew li hija tikkontrolla jew li jappartjenu lilha, sabiex tevita l-effett tal-miżuri li jindirizzaw lilha. Konsegwentement, l-iffriżar tal-fondi ta’ dawn l-entitajiet impost fuq il-Kunsill permezz tal-Artikolu 20(1)(ċ) tad-Deċiżjoni 2010/413, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, u tal-Artikolu 23(2)(d), tar-Regolament Nru 267/2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huwa neċessarju u xieraq sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-miżuri adottati u sabiex jiġi ggarantit li dawn il-miżuri ma jkunux evitati.

Għaldaqstant, waqt l-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ʼil fuq, il-Kunsill għandu jwettaq evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi tal-każ sabiex jiddetermina liema entitajiet għandhom il-kwalità ta’ entitajiet miżmuma jew ikkontrollati. Għall-kuntrarju, in-natura tal-attività tal-entità kkonċernata u l-assenza eventwali ta’ rabta bejn din l-attività u l-provvista ta’ appoġġ lill-Gvern Iranjan ma humiex kriterji rilevanti f’dan il-kuntest, peress li l-adozzjoni ta’ miżura ta’ ffriżar tal-fondi li tikkonċerna l-entità miżmuma jew ikkontrollata ma hijiex immotivata mill-fatt li hija tipprovdi hija stess direttament appoġġ lill-imsemmi Gvern.

Meta l-kapital azzjonarju ta’ entità ikun miżmum integralment minn entità li tipprovdi appoġġ lill-Gvern Iranjan, il-kriterju ta’ inklużjoni previst fl-Artikolu 20(1)(ċ) tad-Deċiżjoni 2010/413 kif ukoll l-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012 ikun issodisfatt.

Meta l-kapital azzjonarju ta’ entità ikun miżmum indirettament minn entità li tipprovdi appoġġ lill-Gvern Iranjan, il-kriterju ta’ inklużjoni previst fl-Artikolu 20(1)(ċ) tad-Deċiżjoni 2010/413, kif ukoll fl-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012 ikun issodisfatt u dan, indipendentement mill-preżenza u min-numru ta’ kumpanniji intermedjarji bejn din il-kumpannija parent u l-entità miżmuma, sa fejn kull waħda minn dawn l-entitajiet b’hekk preżenti fil-katina taż-żamma tkun miżmuma integralment mill-kumpannija parent diretta u rispettiva tagħha. Fil-fatt, f’dawn iċ-ċirkustanzi, l-entità parent iżżomm kontroll uniku u esklużiv fuq is-sussidjarji kollha tagħha u hija għalhekk f’pożizzjoni, permezz ta’ kumpanniji intermedjarji, li teżerċita pressjoni fuq l-entità li hija żżomm indirettament sabiex tevita l-effett tal-miżuri li jirrigwardawha, li jiġġustifika b’hekk l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi fil-konfront ta’ din l-entità miżmuma indirettament.

Meta l-kważi totalità tal-kapital azzjonarju ta’ entità ikun miżmum minn entità li tipprovdi appoġġ lill-Gvern Iranjan, il-kriterju ta’ inklużjoni previst fl-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni 2010/413 u fl-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012 ikun issodisfatt, peress li kumpannija parent hija f’pożizzjoni li teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha meta hija jkollha l-kapital kollu jew anki kważi kollu ta’ din is-sussidjarja. Madankollu, iż-żamma ta’ 48 % u ta’ 49 % tal-kapital azzjonarju ta’ entità minn entità li tipprovdi appoġġ lill-Gvern Iranjan ma hijiex suffiċjenti sabiex waħidha tippermetti, li tiġi ġġustifikata l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi li jikkonċernaw lil dawn l-entitajiet.

(ara l-punti 62-64, 68, 69, 72, 73, 81)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 92-95)

7.      Fir-rigward tal-miżuri restrittivi kontra l-Iran, bħall-iffriżar tal-fondi tal-entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern Iranjan u tal-entitajiet assoċjati magħhom, l-allegazzjoni li l-imsemmija miżuri restrittivi joħolqu riskju għall-ambjent kif ukoll għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u taċ-ċittadini Iranjani ma hijiex, f’dan il-każ, fondata, peress li mill-argument tar-rikorrenti jirriżulta li dan ir-riskju jirriżulta minn restrizzjonijiet imposti mill-Unjoni fir-rigward tal-provvista lil entitajiet Iranjani ta’ oġġetti u ta’ teknoloġiji essenzjali kif ukoll ta’ servizzi tekniċi inkonnessjoni ma’ dawn il-beni maħsuba għall-industrija tal-gass fl-Iran. Issa, dawn ir-restrizzjonijiet jikkonċernaw lil kull entità Iranjana u għalhekk jistgħu jaffettwaw l-entitajiet iċċitati iktar ʼil fuq indipendentement mill-inklużjoni ta’ isimhom fil-lista tal-entitajiet li jipparteċipaw fil-programm nukleari jew ta’ missili u entitajiet li jappoġġjaw lill-Gvern Iranjan.

Isegwi wkoll li ma jistax jiġi allegat li l-Kunsill ma pprevediex l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni waqt l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi ċċitati iktar ʼil fuq.

(ara l-punti 98-101, 103)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 112-114)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 119-122)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 128-134)