Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Cargolux Airlines vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-39/11) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-ġarr ta’ merkanzija bl-ajru – Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru (stabbiliment ta’ sovrataxxi marbuta mal-karburant u ta’ sovrataxxi marbuta mas-sigurtà, rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) – Artikolu 101 TFUE, Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cargolux Airlines International SA (Sandweiler, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment J. Joshua, barrister, u G. Goeteyn, solicitor, sussegwentement G. Goeteyn, T. Soames, solicitor, C. Rawnsley, barrister, u E. Aliende Rodríguez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Khan, S. Noë u N. von Lingen, aġenti, assistiti inizjalment minn O. Jones, sussegwentement minn S. Love, barristers, sussegwentement N. Khan u A. Dawes, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ C[OMP/].39258 — Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-multa imposta fuq din tal-aħħar.

Dispożittiv

L-Artikoli 1 sa 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ C[OMP/].39258 — Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), huma annullati sa fejn jirrigwardaw lil Cargolux Airlines International SA.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti minn Cargolux Airlines International SA.

____________

1 ĠU C 80, 12.3.2011.