Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2021 – Acciona vs EUIPO – Agencia Negociadora PB (REACCIONA)

(Kawża T-362/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea REACCIONA – Użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Eżistenza ta’ proċedura ġudizzjarja nazzjonali – Assenza ta’ raġuni ġġustifikata għan-nuqqas ta’ użu”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Acciona SA (Alcobendas, Spanja) (rappreżentant: J. Erdozain López, avocat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Agencia Negociadora PB SL (Las Rozas de Madrid, Spanja) (rappreżentanti: I. Temiño Ceniceros u F. Ortega Sánchez, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ April 2020 (Każ R 652/2019-4) dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Agencia Negociadora PB u Acciona.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Acciona SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u ta’ Agencia Negociadora PB SL.

____________

1     ĠU C 255, 3.8.2020.