Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta Marzu 2013 - North Drilling vs Il-Kunsill

(Kawża T-552/12 R)

["Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran - Iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta' urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: North Drilling Co. (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: J. Viñals Camallonga, L. Barriola Urruticoechea u J. Iriarte Ángel, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u A. De Elera, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta' Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58), sa fejn isem ir-rikorrenti ġie inkluż fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta' Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta' Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16), sa fejn dan ir-regolament jikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji ġiet miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________