Language of document :

_Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 – Coppenrath-Verlag vs UASI – Sembella (Rebella)

(Kawża T-551/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Rebella – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SEMBELLA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Użu serju tat-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 – Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Coppenrath-Verlag GmbH & Co. KG (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Pohl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sembella GmbH (Timelkam, l-Awstrija)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1681/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sembella GmbH u Coppenrath-Verlag GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Coppenrath-Verlag GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 55, 23.02.2013