Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2022 – Fieldpoint (Cyprus) vs EUIPO (HYPERLIGHTEYEWEAR)

(Kawża T-801/21) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea HYPERLIGHTEYEWEAR – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Ugwaljanza fit-trattament – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fieldpoint (Cyprus) LTD (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: P. Rath u S. Gebele, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lapinskaite u T. Klee, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (Każ R 1165/2021-2).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Fieldpoint (Cyprus) LTD hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 73, 14.2.2022.