Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-28 ta' Novembru 2007 - Vounakis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-214/05)1

("Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera - Eżerċizzju ta' evalwazzjoni għas-sena 2003 - Definizzjoni ta' l-għanjiet li għandhom jintlaħqu - Obbligu ta' motivazzjoni - Inkoerenza bejn il-marki mogħtija u l-kummenti - Żball manifest ta' evalwazzjoni ")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Hippocrate Vounakis (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) (rappreżentanti: l-ewwel S. Orlandi, X. Martin, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal u sussegwentement S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: G. Berscheid u V. Joris, aġenti)

Suġġett tal-Kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Lulju 2004 li tadotta r-rapport definittiv dwar l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2003.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-13 ta' Lulju 2004 li tadotta r-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera ta' Hippocrate Vounakis għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2003 hija annullata fil-parti intitolata "Rendiment".

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni hija ordnata tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 205, 20.08.2005