Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 - Nalocebar vs UASI - Limiñana y Botella (Limoncello di Capri)

(Kawża T-210/05)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Limoncello di Capri - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LIMONCHELO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Nalocebar - Consultores e Serviços, Ldª (São Pedro, il-Portugall) (rappreżentanti: G. Pasquarella u R. Pasquarella, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment M. Capostagno, u sussegwentement O. Montalto, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Limiñana y Botella, SL (Monforte del Cid, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta' Marzu 2005 (Każ R 646/2004-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Limiñana y Botella, SL u Nalocebar - Consultores e Serviços, Ldª.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Nalocebar - Consultores e Serviços, Ldª hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 182, 23.7.2005.