Language of document : ECLI:EU:T:2008:482





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Novembru 2008 – Nalocebar vs UASI – Limiñana y Botella (Limoncello di Capri)

(Kawża T-210/05)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Limoncello di Capri – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LIMONCHELO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25-27, 51-53)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Marzu 2005 (Każ R 646/2004-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Limiñana y Botella, SL u Nalocebar – Consultores e Serviços, Ldª.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Big Ben Establishment Ltd. Ir-rikorrenti akkwistat l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ippreżentata minn Big Ben Establishment

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva Limoncello di Capri għall-prodotti fil-klassijiet 30, 32 u 33

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Limiñana y Botella, SL

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali Spanjola Limonchelo għal prodotti fil-klassi 33

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nalocebar – Consultores e Serviços, Ldª hija kkundannata għall-ispejjeż.