Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-4 ta' Settembru 2009 - L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-211/05)1

"Għajnuna mill-Istat - Skema ta' għajnuna implementata mill-awtoritajiet Taljani favur impriżi reċentement ikkwotati fil-Borża - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Obbligu ta' motivazzjoni - Natura selettiva - Impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni"

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: inizjalment I. Braguglia, sussegwentement R. Adam u fl-aħħar nett I. Bruni, aġenti, assistiti minn P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Righini, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/261/KE tas-16 ta' Marzu 2005, rigward l-iskema ta' għajnuna C 8/2004 (ex NN 164/2003) implementata mill-Italja favur kumpanniji reċentement ikkwotati fil-borża (ĠU 2006, L 94, p. 42).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 182, 23.7.2005.